Kampanja mal-Maltin li jgħixu barra biex ma jivvotawx lil Ira Losco
Updated: 4 hours ago
L-odju bla limitu għal dak kollu li hu Malti meta jkun hemm il-Labour iwassalhom biex jagħmlu minn kollox. Saħansitra jagħmlu lobbying barra minn Malta, l-aktar fi Brussell fejn hemm komunita Maltija kbira biex il-lejla ma jivvotawx lil Ira Losco.
Dak li kitbet Miriam Galea, li hija ex impjegata tal-PN u tal-Independent huwa xhieda ta’ kemm il-Maltin ta’ barra kienu mitmugħa kontra Malta. Wara dak li kitbet Galea, li taħdem bħala traduttriċi fil-Kunsill Ewropew, kien hemm il-kumment moqzież u sessist ta’ Andrew Borg Cardona li għajjar lil Ira Losco “bitch”.
Qabel dawn il-kummenti kien hemm blog ta’ Daphne Caruana Galizia li tkażat bl-Ambaxxaturi Maltin fil-Belġjum, l-Ingilterra u l-Italja talli appellaw lil komunitajiet Maltin biex illejla jivvotaw għal Ira Losco. Ħaditha bi kbira għax l-Ambaxxaturi li jirrapreżentaw l-interessi ta’ pajjiżna lil hinn minn xtutna, qed jippruvaw jiksbu appoġġ għal Malta.
L-akkolti ta’ Simon Busuttil qed jaħdmu in full swing kontra l-interessi ta’ Malta b’kull mezz possibbli kull meta jkollhom okkażjoni u tal-lejla, għalihom hija okkażjoni oħra tajba biex jaħdmu kontra l-interessi ta’ Malta.
Comments