Kellhom jibilgħu kliemhom wara l-awtentiċita tad-dokumenti
Updated: 4 hours ago
Il-kelma Panama sparixxiet mill-front pages tat-Times u l-Independent minn nhar it-Tnejn ‘l hawn. Flok Panama, għandhom isem li qed jikkonċentraw fuqu it-tnejn li huma flimkien ma’ Daphne Caruana Galizia, Keith Schembri.
Komplew fuq kampanja ta’ assassinju tal-karattru li bdiet Daphne Caruana Galizia. Iż-żewġ gazzetti qabżu fuq storja ta’ Caruana Galizija li Keith Schembri ffalsifika dokumenti tal-HSBC biex ikun jista’ jiftaħ kont bankarju.
Aħbar li kienet miċħuda mill-HSBC innifishom tant li llum l-Independent kellha tibla’ kliemha.
It-Times kopmlew bil-kampanja kontra ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru billi riedu jkunu jafu kemm-il kuntratt rebħet il-kumpanija li tagħha huwa azzjonista, fl-aħħar tliet snin.
Il-kumpanija Kasco, li llum Keith Schembri rreżenja minnha biex jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala Cheif if Staff tal-Prim Ministru, rebħet 13-il kuntratt fl-aħħar 10 snin. Naturalment kien hemm oħrajn li l-kumpanija tilfet għaliex f’kompetizzjoni ta’ kuntratt pubbliku hekk isir.
Il-kumpanija ilha tittenderja għal xogħol tal-gvern mil-1994.
Dan id-dokument ta’ hawn isfel iġib fix-xejn il-kampanja li ppruvaw jibdew.
Comments