top of page

Kokko tal-Għasafar morda bil-vixli, qalilna ż-Żubina għax weħel il-ħabs

Archive
May 24, 2016
1 min read

Updated: 3 hours ago

Il-galoppin Nazzjonalist Chalie Mangion iż-Żubina, minn quddiem il-Qorti għall-ħabs wara li nstab ħati li sellef il-flus illegalment, bl-użura. Instab ħati wkoll li hedded li juża l-vjolena fuq persuna fuq il-persuna li sellifha l-flus.

Iż-Żubina, li kien quddiem il-Qorti jipprotesta ma’ Simon Busuttil meta tressaq Jason Azzopardi u nqala’ l-inkwiet weħel erba’ xhur ħabs u €5,000 multa.

Tifhmu li mhux se jeħodha bi kbira li nstab ħati. Diġa’ dendel kusu mal-ġustizzja kemm-il darba.

Kien diġa’ instab ħati ta’ qtil fl-1975 u ta’ attentat ta’ qtil. Kien instab ħati wkoll li hedded lil Jeffrey Pullicino Orlando, dak iż-żmien Deputat Nazzjonalista u lil Deborah Schembri, meta ingħaqdet mal-moviment Laburista.

Fl-għerf tiegħu, iż-Żubina irreaġixxa fuq Facebook wara li One.com.mt irrappurtaw il-każ tiegħu, qalilna li l-Labour “Kokko tal-Għasafar morda bil-vixli”

Mhux eżattament tal-istess qata’ ta’ Richard Cachia Caruana, Daphne Caruana Galizia, Petra Caruana Dingli, Noel Buttigieg Scicluna u Andrew Borg Cardona imma magħhom jgħamilha u kburin bih.

Recent Posts

See All

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page