Kull skuża tajba biex jitolbu għat-tkeċċija tiegħi
Updated: 3 hours ago
Mejtin biex jeħilsu minni. Kemm huma ħelwin dawn in-Nazzjonalisti. Ħelwin wisq. Fakkarthom kemm min hi Lorraine Schembri Orland, għidt li nirrispetta d-deċiżjoni tagħha bħala Imħallef u li kienet kandidata għall-elezzjoni ġenerali mal-PN fl-1992.
Dan kien biżżejjed biex l-MŻPN, ta’ Mark Grech (ritratt fuq) jagħmlu Tweet u jappellaw lil Joseph Muscat ikeċċini. Bdewha l-MŻPN u komplewa d-Deputati.
L-ewwel li rrepetiha dak li kien mġiegħel jidħol lura għax-xogħol, mbagħad dik li taħseb illi taħt il-Labour jimirdu aktar nies, komplietha l-MEP li m’għanidx ħin tagħti lectures Malta u tħajjar ukoll it-tifel ta’ Twanny li jaqla’ x-shit.
Daphne Caruana Galizia kien jonqosha tikteb, imma ma tistax għax qegħda lunch il-Belt f’restaurant f’South Street.
Comments