top of page

Kuntratt fis-settur tal-enerġija ir-raġuni wara l-attakki tal-PN

Archive
Mar 2, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

L-Orizzont dalgħodu żvelat li wara l-attakki fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri Chief of Staff tal-Prim Ministru hemm negozjant li xtara l-informazzjoni, għaddiha lil Simon Busuttil u l-PN għaddiha lil Daphne Caruana Galizia biex tibda kampanja ta’ attakki personali ħalli dan in-negozjant jivvendika ruħhu talli ma ħax il-kuntratt li ried.

Dan in-negozjant tilef kuntratt kompetittiv li għandu x’jaqsam mas-settur tal-enerġija. Għalhekk dan l-attakk fuq id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, il-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri bħala persuna li hu qrib il-Prim Ministru.

Din il-persuna taħt gvernijiet Nazzjonalisti kienet involuta f’għadd ta’ kuntratti ta’ privatiżazzjoni ta’ assi ewlenin fil-pajjiż.

L-Orizzont qed tgħid illi kien hu li xtara l-informazzjoni biex jgħaddiha lil Simon Busuttil ħalli jipprova jieħu kapital politiku bil-għan li jipprova jiddistabilizza lil gvern għal gwadann personali tiegħu għaliex mal-PN dejjem gawda u issa jippretendi li jibqa’ jieħu l-istess trattament.

Dan il-gvern jagħmel l-affarijiet b’mod differenti minn ta’ qablu. Madankollu għad hawn min, inkluż in-Nazzjonalisti nfushom li għadhom ikejlu b’xibirhom.

Billi l-PN mistenni jimmonta kampanja biex jolqot l-ekonomija tal-pajjiż b’sensiela ta’ protesti fost affarijiet oħra ħalli jipprova jiddistabbiliżża l-ekonomija ta’ Malta, li hi fost l-aqwa fl-Ewropa, ħataf l-opportunita ta’ din l-informazzjoni miksuba b’ingann ħalli jibda jibni fuqha.

L-informazzjoni kienet ilha għand il-PN għal bosta ġimgħat iżda stennew sal-elezzjoni għal ħatra ta’ Deputat Mexxej biex joħorġuha. L-iżball li għamlu u li qatt ma basru, kien li l-Ministru Konrad Mizzi se jiddikjara hu stess fid-dikjarazzjoni tal-assi ministerjali li għandu trust fi New Zealand.

Fil-Partit Nazzjonalista, ewlenin fosthom nies fid-Dar Ċentrali hemm min għadu ma jistax iniżżilha li m’humiex fil-gvern, għax kienu draw. Għalhekk, b’din il-ferneżija li għandhom biex jieħdu l-poter lesti jagħmlu minn kollox u għalhekk wieħed jistenna li għaż-żmien li ġej l-attakki kontra l-gvern, l-esponenti tiegħu u kontra l-pajjiż ikomplu jiħraxu u jifferoċjaw.

Fil-PN hemm min qed jinsisti li għandha ssir kampanja bħalma kien għamel Eddie Fenech Adami fit-tmeninijiet u ‘l hemm mexjin, imma Simon Busuttil mhux Eddie Fenech Adami.

Recent Posts

See All

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page