top of page

L-instigazzjoni għal vjolenza ta’ Caruana Galizia bdiet tħalli l-effett tagħha

Archive
Apr 9, 2016
1 min read

Updated: 6 hours ago

Ġurnata wara li Daphne Caruana Galizia appellat lil poplu Malti biex idendel rashom ‘l isfel bħal Mussolini lil Owen Bonnici u lil Janice Bartolo, il-ġurnalista ta’ One News irċeviet ittra anonima mimlija theddid fil-konfront tagħha u esponenti oħra tal-Partit Laburista, ewlenin fosthom Deborah Schembri u Cyrus Engerer.

Il-mibgħeda li qed tippriedka Daphne Caruana Galizia, li qed tmexxi l-kampanja tal-PN kontra l-gvern, qed toħloq tensjoni żejda li m’hawnx bżonnha.

Minn din it-tensjoni igawdu biss il-ftit nies fil-PN li qed jorkestrawha. Mill-bqija l-poplu Malti m’hu qed jiggwadanja xejn. Imma dawn meta mpurtahom minn x’jiggwadanja l-poplu Malti?

L-aqwa li meta kellhom il-poter f’idejhom, gawdew huma u ta’ madwarhom u illum, għax inqatgħu io-konsulenzi, d-direct orders u tenders qed jarawhom koroh tant li lesti jużaw kull meżż, anke l -vjolenza biex jieħdu lura l-poter f’idejhom.

Recent Posts

See All

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page