L-MIA bejta tal-PN, linja diretta ma’ Daphne Caruana Galizia
Updated: 6 hours ago
International Network of Spies ta’ z*bbi. Biex nużaw l-istess lingwaġġ li Daphne Caruana Galizia qed tiddiletta bih dan l-aħħar. L-informazzjoni dwar il-vjaġġ ta’ Michelle Muscat lejn Ċipru irċevieta mill-MIA, kumpanija li darba kienet tal-gvern u llum hija bejta tal-PN.
Minn hemm ġabet l-ismijiet tan-nies li kienu magħha, il-flight numbers u dettalji oħra dwar il-vjaġġ. Hija r-regola li nies midħla tal-PN fl-MIA jagħtu informazzjoni lil PN u lil Daphne Caruana Galizia.
Issa tista’ toħroġ tiċħad u titgħajjar. Kompli.
Il-bieraħ wara nofs in-nhar persuna rat lil Michelle Muscat l-airport ta’ Vienna u bgħatet ritratt lil Daphne li minn naħa tagħha iċċekkjat mal-MIA id-dettalji kollha dwar il-vjaġġ.
Fil-fatt l-ewwel tellgħet ir-ritratt, mbagħad ziedet l-informazzjoni iktar tard meta rnexxila titkellem ma’ xi ħadd mill-MIA.
Ejja Daphne, iċħad ibda għajjar.
Comments