top of page

Labour? mela għalaq ħalqek

Archive
Apr 2, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-gazzetta indipendenti The Malta Independent ħaditha bi kbira għaliex il-kap tal-komunikazzjoni tal-Gvern ikkumenta fuq il-konferenza tal-aħbarijiet li għamel Simon Busuttil f’Jum il-Ħelsien. B’hekk, kompliet it-tradizzjoni li jekk tkun Nazzjonalist għandek dritt titkellem u tgħid li trid, imma jekk tkun Laburist lanqas biss tista twieġeb għal dak li jintqal pubblikament anke jekk xogħlok ikun li tikkummenta.

Skont l-Independent li taħsibha bħal Daphne Caruana Galizia, wara kollox tagħmel parti minn din il-gazzetta, hija prattika stabbilita li nies f’pożizzjoni pubblika ma jistgħux jitkellmu fuq sitwazzjoni politika jekk ikunu ġejjin minn naħa tal-gvern.

Mela tajba din, Simon Busuttil iddeċida li mhux sew li l-pulizija tinvestiga allegat każ ta’ malafama. Għal Kap Nazzjonalista, Deputat tiegħu huwa ‘l fuq mil-liġi, jista jgħid li jrid u ċittadin privat m’għandux dritt ifittex rimedju.

Imma l-istess Simon Busuttil m’għandu ebda problema li l-istrateġista tiegħu Richard Cachia Caruana jiftaħ libell kriminali, li għadu għaddej sal-lum, kontra l-kap tal-komunikazzjoni tal-Gvern Kurt Farrugia u l-Ministru Joe Mizzi dwar aħbar li ixxandret fil-leġislatura li għaddiet.

Għax Kurt Farrugia rrimarka dan il-fatt fuq Facebook, tal-Independent f’artiklu tipiku ta’ kummentarju iktar milli ta’ rappurtaġġ, qalu li mhux sew li persuna mħallsa mill-fondi pubbliċi tikkritika lill-Oppożizzjoni. Naturalment dan qed jgħiduh issa għax hemm il-Labour fil-gvern.

Qabel Marzu 2013 l-istorja kienet differenti. Kienet l-Oppożizzjoni li ma setgħetx tikkritika lil gvern. Ara llum, l-Oppożizzjoni tista’ tgħid li trid. Tant u hekk l-kandidat tal-PN Norman Vella, u tant oħrajn,jistgħu jitħallas mill-fondi pubbliċi u jikkritikaw lill-Gvern. Basta kontra l-Labour. Inkella għalaq ħalqek xbin.

Oħra mis-sensiela

strange but true

.

Recent Posts

See All

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page