Lil min ħallew barra mill-Panama Papers?
Updated: 5 hours ago
Qed jingħad illi mill-lista tal-Panama Papers tħallew xi nies barra biex jipproteġu l-interessi tagħhom. Fost l-oħrajn qed jingħad li l-lista ma tinkludix persuni Amerikani tant li hemm min qed isostni li l-investigazzjoni kienet instigata minn Washington biex jikxfu lil President Russu Vladimir Putin.
Bħalma ġurnalisti internazzjonali qed jitfgħu dubji dwar min iddaħħal fil-Panama Papers, x’garanzija għandna li ma kienx hemm nies oħra Maltin li wkoll tħallew barra.
Kulħadd jaf min hemm mat-team ta’ ġurnalisti internazzjonali li ħadmu fuq din l-istorja, Matthew Caruana Galizia, iben Daphne. Minn familja sħiħa tobgħod lill-Labour ma niskanta xejn li jkunu tħallew barra ċerti ismijiet apposta ġaladarba nafu li l-lista ppublikata m’hijiex il-lista sħiħa.
Fejn jidħlu n-Nazzjonalisti, speċjalment f’din il-ferneżija li qegħdin fiha ma nissorprendi ruħi b’xejn.
Issa ddeffes fin-nofs ukoll David Cameron. Ħa naraw x’se jiktbu fuqu.
Comments