Mario’s best man under fire
Updated: Sep 21
Adrian Hillman Chairman u Direttur Maniġerjali tal-operazzjonijiet kollha ta’ Allied Gorup u Progress Press bħalissa jinsab taħt attakk. M’huwiex sigriet li Hillman tpoġġa fil-kariga mill-familja De Marco bosta snin ilu.
Permezz ta’ Hillman fit-Times,matul is-snin il-familija De Marco dejjem kellha s-saħħa li tikkontrolla din l-istituzzjoni ġurnalistika.
Adrian Hillman kien viċin Guido de Marco u wkoll ħabib intimu ta’ ibnu Mario de Marco, il-Viċi Kap attwali tal-PN tant li kien hemm min jiddubita ‘il fejn ixxaqleb il-lealtà tiegħu matul dawn is-snin kollha li tqiegħed f’din il-kariga jekk hux lejn it-Times jew lejn De Marco.
Diffiċli biex wieħed jemmen li De Marco ma jkunx jaf x’inhu għaddej fit-Times. Nies viċin Allied Newspapers jgħidu li De Marco jkun jaf kollox, anke jekk jiċċaqlaq l-iċken lapes minn postu.
Diffiċli wkoll biex wieħed jemmen li qabel l-elezzjoni li għaddiet Mario de Marco kien qed jaħdem kontra l-partit tiegħu stess. Ma titwemminx.
Għalhekk wara l-istejjer li qed jidhru fil-blog tal-PN ta’ Daphne Caruana Galizia, jew xi ħadd qed jagħmel allegazzjonijiet foloz inkella l-istorja vera m’hijiex fuq dawk in-nies li qed jissemmew
Comments