Mbagħad jgħidu li m’għandhomx x’jaqsmu! Imma Caruana Galizia kixfithom
Updated: 6 hours ago
Mbagħad jgħidu li ma kienx hemm kampanja ppjanata kontra Malta. Dak li kitbet Daphne Caruana Galizia illum jindika li kienet taf minn qabel li l-media internazzjonali kienet se tirrapporta dwar il-protesta ‘nazzjonali’ li għamel il-PN.
Fil-jiem qabel il-protesta konna żvelajna wkoll in-nota li Matthew Bonett bħala Kap tal-Uffiċċju Informazzjoni ta’ Simon Busuttil bgħat lil stringers ta’ ġurnali u aġenziji barranin, inkluż lil Leonard Callus li jirrappreżenta l-SBS fl-Awstralja, pajjiż li ħa interess partikolari fil-kampanja tal-PN.
L-artiklu ta’ Caruana Galizia dalgħodu juri li kienet taf li aġenziji tal-aħbarijiet barranin kienu se jġibu r-ritratti. Mbagħad jgħidu li m’għandhomx x’jaqsmu!
Comments