Michelle fil-mira
Updated: Sep 21
Issa jmiss lil Michelle Muscat tkun fil-mira, il-mara tal-Prim Ministru li appoġġjat proġett ta’ kumpanija biex tgħallem ħabsin nisa is-sena tal-ħjata. Kampanja kontra Michelle li bdiet permezz ta’ The Times u kompliet minn Daphne Caruana Galizia.
Michelle qed tkun fil-mira ta’ kampanja talli l-Fondazzjoni Marigold, immexxija minnha, tat donazzjoni ta’ magni tal-ħjata biex ħabsin nisa jitgħallmu iħitu waqt li jkunu qed iservu s-sentenza tagħhom flok jaħlu l-ħin il-ħabs. Tax-xogħol li għamlu, għad għandhom jieħdu ammont ta’ flus.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-bieraħ wara nofs in-nhar, Michelle Muscat spjegat illi bħala Marigold rat li dan il-proġett, immexxi minn Mary Grace Pisani seta’ jagħmel il-ġid u għalhekk ingħata l-appoġġ billi ingħataw magni tal-ħjata.
Pisani spjegat li hi għad għandha tiġbor il-flus, minn għand iċ-CHOGM tal-kostumi li tħitu fil-ħabs minn dawn il-priġunieri u ġaladarba jitħallsu dawn il-flus hi tkun tista’ taffetwa l-pagamenti dovuti lil ħabsin li jitħallsu b’rata kummerċjali.
Issri konferenza tal-aħbarijiet u tiskanta, meta tara l-coverage fuq il-ġurnali aqqas temmen li ċerti ġurnalisti jkunu attendew l-istess konferenza tal-aħbarijiet.
Mbagaħd filgħodu qam dan, Beppe Grillo ta’ Malta li issa dieħel fil-politika. Sa jumejn ilu dan kien kontra t-tgħajjir personali w illum qed juża l-istess lingwaġġ ta’ Daphne Caruana Galizia. #FuturfisSod
Ma tridx wisq biex issa jerġa’ jibda jmur fuq Xarabank u jitkellem fuq aktar drittijiet għal ħabsin, biex nħeġġuhom jitgħallmu skills ġodda u ngħinuhom jintegraw lura fis-soċjeta. Punti validi kieku, basta ma tmissx magħhom il-mara tal-Prim Ministru.
Comments