Mrs know it all ma tafx x’inhi d-differenza bejn qassis u Viċi Sindku
Updated: Sep 21
L-Aqwa li tgħajjar lil Ministru Konrad Mizzi u lil kull esponent tal-Labour. Biex tipprova twaqqa’ għaċ-ċajt lil Konrad Mizzi, Daphne Caruana Galizia waqgħet waħda għan-nejk kbira meta lil Viċi Sindku Laburista tal-Ħamrun Ċensu Bonello ħasbitu qassis.
Mrs Know it all ma tafx x’inhi d-differenza bejn qassis u Kunsillier, basta trid tgħallem lil kulħadd!
Kieku fil-pajjiż m’hawnx Daphne Caruana Galizia, ma nafux kif Malta tista’ tibqa’ għaddejja. Il-ġenerazzjonijiet tal-futur se jbagħtu jekk ma jkollhomx waħda bħala li taf kollox.
Issa jekk hawn skandlu ta’ veru, bla dubju huwa dak li hemm involut fih Beppe Fenech Adami, għaliex bil-provi kien aġevolat minn deċiżjonijiet li ttieħdu fuq mhedda ta’ snin u li għamluh miljunarju, iżda dwar dan l-iskandlu, Mrs know it all ma qalet u kitbet xejn.
Comments