Niskanta kif il-qtates biss qed imutu avvelenati fil-Pieta’
Updated: 4 hours ago
Bl-oxxenitajiet u bil-velenu li ħiereġ minn ħalq in-Nazzjonalisti bħal Andrew Borg Cardona, David Thake, Daphne Caruana Galizia u l-bella kumpanija tagħhom niskanta kif il-qtates biss qed imutu fil-Pieta’.
Li jattakkaw lil Partit Laburista hija xi ħaġa komuni u li ormai drajna. Iżda li joħorġu jattakkaw qatta’ bla ħabel lil kantanta Maltija li qatt ma ċċapset ma’ politika u jgħajjruha b’dak il-mod hija vilta’ mill-aktar oxxena u baxxa.
Andrew Borg Cardona huwa s-sombolu tal-velenu li ħiereġ minn ħalq in-Nazzjonalisti għaliex qegħdin fl-Oppożizzjoni. Din hija t-tieni darba li Ira Losco se tkanta fil-Eurovision iżda hija l-ewwel darba li sabet partit sħiħ jagħmel kampanja kontra tagħha.
Il-Boċċa sikwiet ikun mistieden fuq l-istazzjoni tal-PN biex joħroġ il-velenu minn ħalqu kontra l-Labour u min b’xi mod mill-aktar remot jista’ jkollu x’jaqsam miegħu jew mal-gvern u għax Ira Losco rebħet il-festival tal-kanzunetta Maltija u għalhekk id-dritt li tirrapreżenta lil Malta, weħlet miegħu u mal-partit tiegħu li ma iddistakkax ruħhu mill-kummenti.
Anzi, sab lil portavuċi tal-PN David Thake ikompli miegħu f’diskursata oxxena u viljakka fuq Twitter.
Comments