top of page

One News ma jibżax mill-intimidazzjoni, Beppe jiftaħ libell

Archive
Mar 17, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Wara li l-PN ma irnexxilux iżomm l-istorja dwar il-palazz ta’ Beppe permezz ta’ pressjoni u theddid lill-uffiċjali tal-Labour, dalgħodu Beppe Fenech Adami ippreżenta kawża ta’ libell kontra One News li żvela dwar kif il-palazz li għandu fil-Għargħur sar jiswa il-miljuni ta’ Ewro b’deċiżjonijiet meħuda f’Kastilja mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Lawrence Gonzi u mill-MEPA, li keient taqa’ taħtu ukoll.

Beppe Fenech Adami qed jgħid li l-istorja tal-Partit Laburista hija riċiklata u bbażata fuq gideb li diġa’ dehru fil-media għaxar snin ilu.

Jirrispondi immedjatament il-Kap tal-Aħbarijiet ta’ One, Aleander Balzan. Din hija l-istqarrija tal-Kap tal-Aħbarijiet;

Il-libell li preżenta dalgħodu l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, m’huwa xejn għajr waħda minn sensiela ta’ azzjonijiet li qed jieħdu Fenech Adami u nies oħra fil-Partit Nazzjonalista bil-għan li jwaqqfu milli jkomplu joħorġu dettalji dwar l-“Iskandlu tal-Palazz ta’ Beppe.”

Inħares ‘il quddiem biex fil-qorti, bħalma qed ngħamlu f’ONE NEWS, nippreżentaw id-dettalji li juru kif Beppe Fenech Adami kien aġevolat minn deċiżjonijiet skandalużi b’rabta ma’ proprjetà li għandha wkoll numru ta’ illegalitajiet.

Filwaqt li ninnota stqarrija tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, li hu mħasseb serjament minħabba li qed jiżviluppaw każi fejn xogħol il-ġurnalisti qed ikun mhedded anki b’libelli, inżid li ebda libell mhu se jintimidana milli nkomplu noħorġu l-verità.

Recent Posts

See All

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page