top of page

Ossessjonata bi Chris Cardona tant li tigdeb dwaru

Archive
Mar 18, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Bl-ossessjoni li għandha Daphne Caruana Galizia bi Chris Cardona u l-postijiet fejn ikun qed tasal biex tigdeb bl-aktar mod sfaċċat. F’post il-bieraħ filgħaxija qalet li nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu, il-Ministru tal-Ekonomija kien qiegħed f’bar il-Belt (l-istess wieħed iffrekwentat mill-Avukat tagħha) u kien ma’ ħbieb tiegħu li kienu qed iġibu ruħhom b’mod mhux xieraq.

Nhar il-Ġimgħa li għaddiet, il-Ministru Chris Cardona ratu Malta kollha jiddibatti fuq Xarabank. Daphne Caruana Galizia qalet li Chris Cardona għamel f’dan il-bar sas-02.30am. L-għada s-Sibt kellu debate ieħor fuq One Radio li beda fit-8.30am.

Min jagħmel lejl barra ma jqumx għal programm tar-radio!

Mhux għax hemm għalfejn, imma din hija prova li l-Ministru tal-Ekonomija kien fuq Xarabank nhar il-Ġimgħa li għaddiet.

Fl-istess programm kien ippublikat ukoll dan is-survey li qed jerġa’ jikkonferma li minkejja x-xenati kollha li qed jagħmel Simon Busuttil, il-poplu mhux qed jemmnu għaliex iktar jafda lil Prim Ministru milli lil Kap tal-Oppożizzjoni

Daphne Caruana Galizia diġa kienet parti mit-telfa tal-PN u dan stqarrewh Ann Fenech li illum hija l-President tal-Kunsill Eżekuttiv tal-PN, Rosette Thake li llum hija s-Segretarja Ġenerali tal-PN u l-Avukat Simon Mercieca fir-rapport tat-telfa.

Recent Posts

See All

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page