Richard ta’ Mrs Bucket kellu żieda fis-salarju ta’ €1,000 fil-ġimgħa
Updated: 2 hours ago
Simon Busuttil qed jingħata l-lezzjonijiet dwar il-governanza minn għand ħadd ħlief Richard Cachia Caruana.
Informazzjoni li ingħatat mill-Ministru George Vella l-bieraħ fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Anthony Agius Decelis ikkonfermat li Richard ta’ Mrs Bucket kellu status speċjali ma’ GonziPN, li Simon Busuttil kien parti essenzjali minnu.
Simon Busuttil stess huwa ħlieqa ta’ Cachia Caruana. Kienu u għadhom sal-lum ħbieb kbar. Cachia Caruana llum flimkien ma’ Daphne Caruana Galizia huma n-nies li qed ifasslu l-attakki ta’ negattivizmu estrem li qed jimxi bihom Simon Busuttil.
Waqt li taħt Lawrence Gonzi f’pajjiżna l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu qed isir l-ogħla kontijiet fl-Ewropa kollha u waqt li l-Membri parlamentari Nazzjonalisti kollha fil-parlament kienu jivvotaw bil-qalb biex dawn il-kontijiet ma jorhsux, Cachia Caruana thallas b’kollox mill-gvernijiet tal-istess Gonzi €910,000.
L-Eċċellenza tiegħu kien fost l-aqwa ta’ dawk b’DNA Nazzjonalist speċjali, kellu d-dħul tiegħu tripplikat bejn l-2004 u l-2011. Fl-2004 beda bi dħul ta’ €55,000 fis-sena waqt li fl-2011 spiċċa bi dhul ta’ €150,000 fis-sena.
U waqt li fl-2008 Gonzi u l-Ministri taw żieda lilhom infushom bil-moħbi ta’ kulħadd ta’ €500 fil-ġimgħa, il-l-Eċċellenza tiegħu Richard Cachia Caruana mill-2009 ‘il quddiem ħa żieda ta’ €1,000 fil-gimgha.
Sal-2008 Lawrence Gonzi kien iħallas lil Cachia Caruana €1,750 fil-ġimgħa. Mill-2009 Cachia Caruana beda jitħallas €2,700 fil-ġimgħa.
Għal darb’oħra quddiem dan kollu, ta’ Mr Double Standards li huwa, Simon Busuttil bħala membru Parlamentari Ewropew tal-PN, bħala l-magħżul speċjali ta’ Gonzi u bħala l-Viċi Kap tal-PN baqa dejjem b’ħalqu magħluq.
Simon Busuttil jemmen illi sakemm inti Nazzjonalist tal-klikka tiegħu tista tibla’ u tiffoxna mingħajr l-iċken problema, iżda imbgħad jekk inti ma taqbilx miegħu lanqas biss tista tiftah ħalqek jew ikollok xogħol, għaliex jipprova jkissrek, mingħalih.
Il-lupu jibdel sufu imma mhux ghemilu. Mr Double Standards fl-aqwa tieghu !
Comments