top of page

Simon Busuttil Bitter Politics

Archive
Apr 14, 2016
2 min read

Updated: 5 hours ago

Il-konferenza tal-aħbarijiet li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni diġa swietu libell. Simon Busuttil għal darb’oħra infexx f’isteriżmu sforz l-għatx għall-poter akkost ta’ kollox. L-unika arma ta’ Simon busuttil hija l-gideb, l-attakk oxxeni u personali u l-istrateġija illi joħloq instabbilita’ fil-pajjiż. Għal darb’oħra reġgħet infaqgħet il-bużżieqa f’wiċċ Simon Busuttil li ma kienx kapaci jissostanzja l-allegazzjonijiet li ilu ġimgħat jagħmel dwar l-Azerbaijan u proġetti oħra.

Simon Busuttil għadu jkejjel b’xibru u b’xiber il-Partit Nazzjonalista. B’Partit Nazzjonalista fil-Gvern qatt ma ntrefgħet l-ebda responsabilta’ politika u fejn ir-riformi vera li kien tant għatxan għalihom dan il-pajjiż li dejjem tħallew fuq l-ixkaffa. Dan kollu waqt li Simon Busuttil kien awtur għal aktar minn darba tal-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista, delegat speċjali ta’ Lawrence Gonzi u viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista. Ħafna mir-riformi u inizjattivi li tħallew fuq l-ixkaffa twettqu minn Gvern Laburista fl-aħħar tlett snin .

Simon Busuttil qed jaħseb li l-poplu Malti u Għawdxi nesa li hu jifred in-nies skond il-kuluri politiċi. Li meta nstema fil-Qorti, il-whistleblower fuq il-każ li jinvolvi raġel ta’ eks Ministru Nazzjonalista , Busuttil infexx f’attakk isteriku fuqu. Kif ukoll li ma ddejjaq xejn għal aktar minn darba ixewwex u għadu jxewex kontra pajjiżna flimkien mal-esponenti tiegħu.

Fl-istess waqt li qiegħed għaddej b’dan it-tixwix , qed jippromwovi permezz tal-Partit tiegħu skema biex jiffinanzja lill-Partit tiegħu bil-ħabi, u kontra kull prinċipju ta’ trasparenza u l-ispirtu tal-liġi tal-finanzjament tal-Partiti.

Il-fatt huwa li llum, bħal f’kull okkażżjoni , il-bużżieqa nfaqgħet f’wiċċ Simon Busuttil u kull allegazzjoni li ilu jagħmel bl-intenzjoni li jħammeġ irriżulta bil-fatti li mhux minnhom.

L-attitudni negattiva ta’ Simon Busuttil tistona mal-mod kif jaġixxu istituzzjonijiet moderni u responsabbli. Anke il-Kummisjoni Ewropea , qalet illi d-deċiżjoni tittieħed biss fuq il-fatt u mhux l-allegazzjonijiet fiergħa.

Recent Posts

See All

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page