Simon Busuttil l-ewwel jaħrab milli jwieġeb fuq DeMarco u wara jigdeb
Updated: 5 hours ago
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil bħal ma drajna narawh, l-ewwel ħarab milli jwieġeb fuq il-Viċi Kap tiegħu Mario DeMarco li ma ħallasx għall-xogħolijiet fil-propjetà tiegħu ħlief wara li ħareġ il-każ
Panama Papers
, u wara meta reġa’ ġie mistoqsi minn ġurnalist ieħor, u spiċċa dahru mal-ħajt, gideb meta qal li Mario DeMarco ppubblika l-irċevuti.
Huwa ċar ħafna li l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa skomdu ħafna li jwieġeb fuq Mario DeMarco minkejja li jparla ħafna fuq
standards
. Tant hu skomdu li spiċċa gideb li kien hemm il-publikazzjoni tal-irċevuti meta dan mhux vera.
Huwa għalhekk li n-nies ma jistgħux jieħdu bis-serjetà lill-Kap tal-Oppożizzjoni għax filwaqt li jgħid ħafna, lanqas jemmen lil kliemu stess.
Comments