Skiet assolut mit-Times dwar allegazzjonijiet fil-konfront ta’ uffiċjali għolja ta’ Allied Group
Updated: 5 hours ago
Il-Bord tad-Diretturi ta’ Allied Group ma għamel ebda stqarrija pubblika dwar allegazzjonijiet serji li saru fil-konfront ta’ żewġ uffiċjali għolja tal-kumpanija li tmexxi l-gazzetti tagħhom. L-allegazzjonijiet saru fil-konfront ta’ Michel Rizzo Managing Director u Clinton Calleja Segretarju tal-Bord tal-Allied Group.
L-allegazzjonijiet li dehru għall-ewwel darba fil-Malta Today meta ħarġet l-istorja dwar Mario de Marco huma serjissimi għaliex waqt li l-kumpanija Redmap Ltd kienet qed tagħmel xogħol għal Progress Press tat-Times, immexxija minn Michel Rizzo, Redmap Ltd għamlet xogħol b’xejn fil-propjetajiet kemm tal-istess Rizzo u Calleja, illi minbarra li huwa is-Segretarju tal-Bord tat-Times huwa ukoll senior partner fl-uffiċċju legali ta’ Mario de Marco.
Michel Rizzo illum qiegħed ukoll acting Managing Director ta’ Allied Group flok Adrian Hillman li qed ikun investigat mit-Times wara allegazzjonijiet li għamlet Daphne Caruana Galizia. L-inkjesta indipendenti qed titmexxa minn Giovanno Bonello.
Comments